Itlob Ċertifikat ta' l-Istat Ċivili

Merħba. Dan huwa is-servizz on-line tar-Registru Pubbliku. B'dan is-servizz tista' tapplika għal kopja ta' Ċertifikat tal-istat ċivili li diga jeżisti, jiġifieri ċertifikati tat-Twelid, Żwieġ, jew Mewt. Iċ-ċertifikat jintbagħat lilek bil-posta.

Hemm ħames passi biex tapplika on-line:

  1. Agħżel it-tip ta' Ċertifikat li tixtieq tordna.
  2. Daħħal id-dettalji ta' dan iċ-ċertifikat.
  3. Ikkonferma dawn id-dettalji.
  4. Speċifika fejn tixtieq li jintbagħat iċ-ċertifikat.
  5. Daħħal id-dettalji tal-pagament.

L-informazzjoni personali li tiġi pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni hija protetta, u tintuża skond il-proviżjonijiet tad-Data Protection Act.