Tagħrif dwar iċ-Ċertifikat ta' Stat Liberu

Iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu huma normalment meħtieġa minn dawk il-pajjiżi li jilqgħu kuntratt taż-żwieġ/unjoni ċivili, fejn wieħed jew iż-żewġ konjuġi huma residenti ta' pajjiż ieħor.

Iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu maħruġa mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jiċċertifikaw li l-ebda Att taż-Żwieġ/Att tal-Unjoni Ċivili, li jirreferi għall-applikant, ma ġie rreġistrat f'dan id-Dipartiment matul perjodu ta' żmien speċifikat. Dan huwa kompletament distint mid-dikjarazzjoni li l-applikant huwa waħdu.

Iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu jieħdu erbat ijiem tax-xogħol biex jiġu kompletati u huma meqjusin li għandhom perjodu ta' validità ta' tliet xhur. Minħabba raġunijiet amministrattivi, iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu joħorġu datati għaxart (10) ijiem qabel id-data li tkun applikajt.

Minbarra li dawn jintużaw għall-formalitajiet taż-żwieġ/unjoni ċivili, iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu jistgħu jkunu meħtieġa wkoll minn persuni li jmorru joqogħdu f'pajjiż ieħor.

Ir-Reġistru Pubbliku (Malta) ma joħroġx Ċertifikat Null'Osta/ L-Ebda Impediment/ L-Ebda Oġġezzjoni. Ittra li tispjega għalfejn ir-Reġistru Pubbliku ma jistax joħroġ Ċertifikat Null'Osta/ L-Ebda Impediment/ L-Ebda Oġġezzjoni tista’ tiġi pprovduta.

Id-dokumenti kollha msemmija hawn fuq, li huma maħsuba għall-użu barra mill-pajjiż, għandhom invarjabilment jiġu awtentikati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, li jinsab f’“Palazzo Parisio”, Triq Merkanti, il-Belt Valletta, Malta.

Importanti

Iċ-ċertifikati ta’ Stat Liberu ma jistgħux jiġu ordnati flimkien ma’ ċertifikati awtonomi oħra tat-Twelid, taż-Żwieġ, tal-Unjoni Ċivili jew tal-Mewt. Jekk tipproċedi bil-formola tal-applikazzjoni għal Ċertifikat ta’ Stat Liberu, kwalunkwe ċertifikat tat-Twelid, taż-Żwieġ, tal-Unjoni Ċivili jew tal-Mewt li huwa ordnat jitneħħa immedjatament.

Sabiex tapplika għal Ċertifikat ta’ Stat Liberu jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.