Merħba

Ir-Reġistru Pubbliku twaqqaf nhar it-3 ta’ Awwissu tal-1889, u r-rekords miżmuma jmorru lura sal-1863. Rekords miżmuma fir-Reġistru Pubbliku jinkludu Atti ta’ Twelid, Żwieġ, Unjoni Ċivili, Koabitazzjoni, Mewt u Reġistrazzjonijiet ta’ Adozzjonijiet.

Ċertifikati.gov.mt tipprovdi l-informazzjoni dwar kif tikseb ċertifikat ta' l-istat ċivili li diġa jeżisti, jiġifieri ċertifikat tat- Twelid, Stat Liberu, Żwieġ, Unjoni Ċivili, Koabitazzjoni jew Mewt. Ċertifikati jistgħu jiġu ordnati online u mwassla f’indirizz tal-għażla tiegħek, kemm lokalment u anke barra minn Malta. Inkella, wieħed jista’ jiġbor iċ-ċertifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku fil-Belt Valletta jew ir-Rabat Għawdex. L-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku jipproċessa l-ordni fi żmien sitt (6) ijiem ta’ xogħol.

Dokumenti pubbliċi maħruġa taħt ir-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħal ċertifikati tat-twelid, żwieġ, unjoni ċivili, stat liberu u mewt ma jinħtieġux li jkollhom apostille u jistgħu jiġu aċċettati minn awtoritajiet pubbliċi oħra fi Stati Membri oħra. Ċittadini jistgħu jitolbu sabiex mad-dokumenti tkun annessa formola standard multilingwi. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lir-Reġistru Pubbliku fuq +356 2590 4200 jew permezz tal-imejl fuq pubreg.civilstatus@gov.mt

certifikati.gov.mt tippermetti sabiex isiru tranżazzjonijiet siguri permezz tal-internet. Għalkemm huwa rakkomandat li wieħed juża l-kredenzjali tal-kont tal-eID tiegħu, din mhix obbligatorja. Jekk m’għandekx kont tal-eID attivat, inti xorta waħda tista’ tuża din l-applikazzjoni billi timliha manwalment bid-dettalji neċessarji.

Ir-Reġistru Pubbliku se jkun qed jitħallas mill-kont ta’ kreditu/debitu tiegħek la darba l-ordni tiġi pproċessata, u ċ-ċertifikat jinħareġ. F’każ li ma jinstabu l-ebda rekords, ma titnaqqas l-ebda miżata mill-kont tiegħek.

Agħti marka lis-Servizz Pubbliku