Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibbiltà

Skont l-Att dwar l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCAA), din id-dikjarazzjoni hija maħsuba għal dan is-sit elettroniku u s-sotto-paġni tagħha. L-Aġenzija Identità Malta tat l-attenzjoni dovuta sabiex tippreżenta l-kontenut fuq dan is-sit b’mod li jkun perċebibbli, operabbli, li jinftiehem u b’saħħtu.

Dan is-sit elettroniku ġie evalwat skont il-linji gwida u ġew innutati dawn l-affarijiet li ġejjin. Hemm xi stampi fuq dan is-sit li għad m’għandhomx deskrizzjoni alternattiva tat-test għall-qarrejja tal-iskrin. Il-vidjo fuq il-paġna ewlenija għandu xi captions li mhumiex f'kuntrast qawwi mal-isfond. L-għażla tal-lingwa għas-sit m'għandhiex tikketti għall-qarrejja tal-iskrin biex tgħid lill-utent l-għażliet li jkunu għamlu. Xi stampi fuq il-paġni jista' jkollhom kuntrast baxx tant li jista' jaffettwa l-perċezzjoni ta' dawk l-immaġini. Xi oqsma tal-formoli jistgħu jiskattaw azzjonijiet multipli la darba tkun magħfusa r-return key u l-formola tiġi sottomessa qabel ma l-utent ikun ikkonkludiha. F'xi każijiet, il-fokus tat-tastiera jista' ma jiġix indikat viżwalment. Hemm ukoll xi titli tas-sezzjonijiet li ma jużawx tags tal-header HTML, u dawn jistgħu jaffettwaw kif qarrej tal-iskrin jgħaddi minn dan is-sit elettroniku.

Alternattivi aċċessibbli għal dawn l-elementi fis-sit jinkludu tkabbir tat-test u zoom permezz tal-lenti li huma disponibbli permezz tal-brawżer u s-sistema operattiva tiegħek.

Biex tistaqsi dwar il-konformità tal-aċċessibiltà ta’ dan is-sit, tirrapporta nuqqas ta' aċċessibiltà jew biex tibgħatilna l-opinjoni tiegħek dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà provduti, jekk jogħġbok irreferi għand il-Customer Care tal-Aġenzija Identità Malta. Il-Customer Care jista’ jintuża wkoll sabiex titlob informazzjoni dwar dak li ġie eskluż skont ir-Regolament MCAA 3 (3) u 5.

Tista’ tibgħat email fuq enquiries@identitymalta.com.

Sabiex tressaq ilment formali dwar miżuri li ttieħdu mill-Aġenzija Identità Malta sabiex tiġi rimedjata l-kwistjoni tal-aċċessibiltà tas-sit, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) billi tuża l-formoli online tagħhom.

Link għall-formola bl-Ingliż

Link għall-formola bil-Malti